Evarist Bartolo Se Jikkontesta L-Elezzjoni Ġenerali Li Jmiss
Il-Ministru Evarist Bartolo dalgħodu ħabbar fuq il-paġna ta’ facebook tiegħu li ser jerġa’ jikkontesta għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.
“Inħalli f’idejn il-votanti jekk iridux itellgħuni fil-parlament biex Inkompli nagħti sehemi għall-ġid tal-poplu tagħna”, kiteb Bartolo.
Evarist Bartolo ilu kważi 30 sena fil-parlament u serva kemm fl-Opożizzjoni u anke fil-Kabinett tal-Gvern.
Tenna li dejjem ta sehemu mill-aħjar li jaf … “u żgur ma kienx biżżejjed, u żgur inqast, aktar interessat inħares ‘ il quddiem għall-ħafna xogħol li jrid isir għall-ġid tal-poplu tagħna għall-ħolqien tax-xogħol u tal-ġid wara l-pandemija Covid-19.”
Evarist Bartolo rringrazzja lill-familja tiegħu tal-appoġġ kif ukoll lill-Prim Ministru Robert Abela u nies oħra fil-Partit Laburista li ħeġġewh biex joħroġ.
“Inħalli f’idejn il-votanti kif dejjem ħallejt fl-aħħar 30 sena u jiddeċiedu huma għandix inkompli nagħti sehmi għall-ġid tal-poplu tagħna fis-snin li ġejjin.”