Fr. Aaron Zahra Jiċċelebra 4 Snin Saċerdot – Qassis Li Jwassal Ħafna Ferħ

 Fr. Aaron Zahra Jiċċelebra 4 Snin Saċerdot – Qassis Li Jwassal Ħafna Ferħ

“Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla! 4 Snin Saċerdot. M’għandhiex kliem biex nirringrazzja lil Alla ta’ dak kollu li għamel miegħi”, kiteb Fr. Aaron Zahra fuq il-profil tal-facebook tiegħu.

Ħa l-okkażjoni biex irringrazzja lil dawk kollha li mxew miegħu u afdawh bħala saċerdot tul dawn l-4 snin li għaddew kif ukoll lill-familja tiegħui, lill-Provinċja Dumnikana u lid-Dumnikani kollha tal-Birgu fejn qal li dejjem sab l-għajnuna u s-sapport tagħhom.

Fr. Aaron spiss narawh fiċ-ċentru tal-attenzjoni, għaliex? Għaliex jaf jinżel għal-livell ta’ kulħadd; iżur minn skejjel għall-morda, għall stazzjonijiet tat-televiżjoni fejn jiċċajtaw miegħu u jkompli, biex hekk ukoll iwassal il-pożittività tas-saċerdozju.

Awguri Fr. Aaron.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com