Ħaddiem Ta’ 40 Sena Jmut Wara Li Waqa’ Minn Għoli Ta’ Madwar 4 Sulari F’Ħal Far
Ħaddiem Taljan ta’ 40 sena miet traġikament wara li dalgħodu waqa’ minn għoli ta’ erba’ sulari fil-qasam industrijali ta’ Ħal Far.
Il-Każ seħħ għall-ħabta ta’ 11.45 a.m. meta l-ħaddiem kien qed jagħmel xi xogħol fuq saqaf ta’ fabbrika u waqa’ .
Fuq il-post isejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei u ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-vittma. Madankollu sfortunatament ir-raġel ġie ċċertfikat mejjet fuq il-post.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella li ħatret diversi esperti biex jassistuha.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.