Ħarġa Filatelika Li Tfakkar Il-100 Anniversarju Mit-Twelid Tal-Prinċep Filippu
Fl-10 ta’ Ġunju li għadda, MaltaPost ħarġet sett ta’ tliet bolli sabiex tfakkar il-100 anniversarju mit-twelid tal-Prinċep Philip, id-Duka ta’ Edinburgh.
Żewġ bolli juru ritratti tal-Prinċep Philip meta għex Malta bejn l-1949 u l-1951 waqt li kien qed iservi fir-Royal Navy u t-tielet bolla turi ritratt ieħor fejn rrappreżenta lill-HRH Queen Elizabeth II għaċ-ċelebrazzjoni tal-Indipendenza ta’ Malta fil-21 ta’ Settembru ta’ l-1964. Matul is-snin, id-Duka ta’ Edinburgh żar Malta diversi drabi, inkluż is-60 anniversarju tat-tieġ tiegħu. L-Altezza Rjali Tiegħu ħalla din id-dinja fid-9 ta’ April 2021 fl-età ta’ 99 sena.
Il-bolli ħarġu f’folji ta’ għaxra. Kull bolla hija ta’ daqs 44mm x 31mm, b’perforazzjoni ta’ 14.0 x 13.9 u għandha watermark bis-salib ta’ Malta. Kull folja hija ta’ daqs 118mm x 185mm u ġew ipprintjati minn Printex Limited bi proċess offset. Il-Ħarġa tikkonsisti f’250,000 bolla tat- €0.30, f’25,000 bolla tal-€1.00 u 25,000 bolla taż- €2.00. Dan is-sett ġie ddisinjat mill-MaltaPost.
Din il-ħarġa filatelika tinsab għall-bejgħ mill-Fergħat Postali f’ Malta u Għawdex. Ordnijiet jistgħu jsiru online fuq www.maltaphilately.com jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 – Telephone 2596 1740 – e-mail: [email protected]
Kemm hu sabiħ li nfakkru l-istorja ta’ pajjiżna anke ta’ personalitajiet li kellhom x’jaqsmu ma’ Malta tagħna. Prosit lil Malta Post.