Jinstab Ħalib Fihom Li Mhux Iddikjarat Fit-Tikketta – Attenti Qabel Tikkunsmaw

 Jinstab Ħalib Fihom Li Mhux Iddikjarat Fit-Tikketta – Attenti Qabel Tikkunsmaw

Fi stqarrija mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-ħalib għaliex instab li fihom ħalib mhux iddikjarat fuq it-tikketta.

L-isem tal-prodott huwa:

Quinoa Corn Puffs White Cheddar

Quinoa Corn Puffs Jalapeno and Cheddar

Quinoa & Kale Corn Puffs White Cheddar

Quinoa Corn Puffs Mediterranean

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected].

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com