Hibernians FC Jibdlu l-Isem Tal-Stadium…..Mil-Lum Tony Bezzina Stadium

 Hibernians FC Jibdlu l-Isem Tal-Stadium…..Mil-Lum Tony Bezzina Stadium

Mil-lum il-Ħadd 6 ta’ Ġunju, l-isem tal-Hibernians Stadium inbidel għal dak ta’ Tony Bezzina Stadium. Dan ġie maqbul waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Hibernians F.C. li saret illum b’mod virtwali.

Kien l-viċi president Jesmond Abela li p-propona dan waqt lis-stess laqgħa b’Alex Montabello jissekonda l-proponiment.

Tony Bezzina miet fil-15 ta’ Marzu li għadda wara 42 sena fit-tmexxija tat-tim minn Raħal Ġdid.

Matul il-laqgħa tal-lum Ranier Bezzina, iben il-mibki Tony Bezzina, ġie maħtur uffiċjalment President ta’ Hibernians F.C. wara li okkuppa din il-kariga b’mod temporanju wara l-mewt ta’ missieru.

 

Ritratt: Hibernians FC

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com