Ħidma Biex Ikun hawn Ċekkjatur Tal-Ortografija U L-Grammatika Maltija

 Ħidma Biex Ikun hawn Ċekkjatur Tal-Ortografija U L-Grammatika Maltija

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera ħabbar li l-ministeru ħareġ konsultazzjoni preliminari mas-suq għal ċekkjatur tal-ortografija u tal-grammatika tal-Malti u servizzi relatati. L-iskop ta’ din il-konsultazzjoni hu li tidentifika soluzzjonijiet diġitali potenzjali u operaturi ekonomiċi fis-suq li jistgħu jipprovdu ċekkjatur tal-ortografija u l-grammatika tal-Malti.

Tenna li dan huwa pass biex jingħata futur lil-lingwa Maltija u li l-Gvern jinsab impenjat biex joħloq l-għodda meħtieġa relatat magħha.

“Irrid insemmi li l-konsultazzjoni preliminari hija mibnija li tħares lejn il-futur, u għalhekk bħala parti integrali qegħdin nisħqu fuq l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali. Fuq kollox irridu soluzzjoni li tpoġġi fiċ-ċentru tagħha lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, il-ħaddiema u l-professjonisti, u lil kull persuna li tgħożż il-lingwa Maltija”, qal il-Ministru Herrera.

Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jżur is-sit: https://www.etenders.gov.mt/epps/pmc/viewPmc.do?resourceId=7606042. Dawk kollha interessati għandhom idaħħlu l-offerta tagħhom mis-sit tal-e-tenders mhux aktar tard mit-30/06/2021 f’12:00.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com