Id-Djamanti Li Nsterqu Għadhom Ma Nstabux Għalkemm Ammetta Li Seraqhom
Carmel Azzopardi ta’ 55 sena mill-Imsida ammetta li seraq djamanti b’valur ta’ €10,000. Il-każ ġara l-ġimgħa li għaddiet. Dan kien irrapurtat fuq it-Times of Malta.
Jidher li s-serqa saret bejn it-Tlieta u l-Ħamis tal-ġimgħa l-oħra minn ħanut privat li ismu mhux jixxandar.
Il-Prosekutur Paul Camilleri spjega li l-akkużat ammetta li għandu addiction għall-kokaina li wasslitu biex jagħmel ħafna dejn.
Is-Sid li safa misruq ma enfasizzax li Azzopardi jintbagħat il-ħabs imma almenu, id-djamanti jkunu rritornati jew inkella l-valur tagħhom fi flus.
Madanakollu, l-investigaturi għadu ma rnexxielhomx isibuhom. B’hekk, ir-raġel ġie miċħud it-talba għall-ħelsien mill-arrest. Il-Każ ser ikompli jinstema l-ġimgħa d-dieħla.