Ikkontribwixxa Fil-Preparazzjoni Ta’ Eluf Ta’ Tilqim – Jitlob Lill-Pubbliku Jagħti Xi Ħaġa Lura – X’inhi?
Tony Micallef li jaħdem fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm (National Blood Transfusion Service – Malta) wera s-sodisfazzjon tiegħu li taħt il-kappa tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, ta l-kontribut tiegħu fi preparazzjoni ta’ eluf ta’ tilqim.
Tenna li flimkien ma’ sħabu, kienu front wieħed biex fl-aħħar 3 xhur ġew amministrati xejn inqas minn 25,689 tilqima li tfisser medja ta’ 299 kuljum.
Iżda talab xi ħaġa mill-pubbliku…
“Issa jonqos li min ħa t-tilqima, jagħti xi ħaġa lura lis-Servizz tas-Saħħa…għotja demm hi ferm apprezzata, specjalment mill-ġenerazzjoni żagħżugħa” appella Micallef.
Agħti d-demm, agħti l-ħajja. Awguri Tony u t-tim kollu. Grazzi tas-servizz!