Il-Gvern Żvediż Waqa B’Vot Ta’ Sfiduċja
Il-parlament tal-Iżvezja għadda vot ta’ sfiduċja fil-Prim Ministru Stefan Lofven.
Total ta’ 181 membru parlamentari minn 349 ivvutaw favur il-mozzjoni, b’51 astensjoni. Hija l-ewwel darba fl-istorja Żvediża li Prim Ministru ġie sfiduċjat f’vot bħal dan.
Lofven, ġie megħlub b’dan il-vot wara kważi seba’ snin fil-poter fuq pjan biex isir riforma u tiġi kkontrollata il-kera fuq appartamenti u bini ġdid.
Il-vot imsejjaħ mid-Demokratiċi Nazzjonalisti tal-Iżvezja kważi sena qabel elezzjoni ġenerali, jerġa’ jdaħħal lill-Isvezja fl-inċertezza politika wara xhur ta’ negozjati biex tkun iffurmata l-koalizzjoni Soċjali Demokratika-Ħadra attwali.
Il-mexxej soċjo-demokratiku għandu ġimgħa ċans biex jirriżenja jew isejjaħ elezzjoni bikrija.
Ritratti: Reuters