L-MCAST Iniedi L-Ewwel Dottorat Professjonali

 L-MCAST Iniedi L-Ewwel Dottorat Professjonali

L-MCAST ħabbar li se jibda jiġi offrut Dottorat ġdid fir-Riċerka Professjonali. Dan il-programm ta ’studji huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu pprovdut fl-MCAST.

Id-dottorat huwa kwalifika ta’ Livell 8 EQF / MQF ibbażat fuq ir-riċerka u jiffoka fuq l-imġieba kompetittiva ta’ organizzazzjonijiet żgħar f’pajjiż bħal Malta.

Dan ġie mħabbar illum waqt l-iffirmar ta’ ftehim kollaborattiv mal-Kamra tal-SMEs.

Statistika miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) identifikat madwar 30,000 ditta żgħira li joperaw f’Malta. Skond l-NSO, dawn l-organizzazzjonijiet żgħar huma responsabbli għal aktar minn 65% tal-impjiegi f’Malta. Dawn ir-riċerki mill-NSO jenfasizzaw l-importanza li ssir riċerka mmirata biex tgħin l-organizzazzjonijiet iż-żgħar jikbru u jirnexxu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com