Il-Kappella Ta’ Kristu Salvatur Fiż-Żejtun Lura Għall-Glorja Tagħha
Il-Ministru Owen Bonnici tella’ ritratti ta’ kif ġiet irrestawrata l-Kappella ddedikata lil Kristu Salvatur tad-Dinja fiż-Żejtun.
Wera kif kienet qabel u kif ġiet issa. Tenna li dan huwa proġett ta’ restawr li kien mexxa ‘l quddiem meta kien iservi bħala Ministru responsabbli mill-Kultura id f’id mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun.
Bonnici żar il-kappella storika u faħħar il-proġett li sar.
Qal li skont il-Kanonku Joe Abela, din il-kappella nbniet għall-habta tas-sena 1500, meta f’Bisqallin ma kinux joqogħdu iktar minn 400 ruħ. Kompla jgħid li għall-ħabta ta’ nofs is-seklu 18, il-knisja tas-Salvatur kienet bdiet tiġġarraf u għalhekk inbniet mill-ġdid bi flus il-benefatturi.
“Nifraħ lid-Direttorat tar-Restawr ta’ dan ix-xogħol eċċellenti li twettaq. Kemm hu sabiħ il-wirt storiku u kemm għandna b’hiex inkunu kburin bih!”
Kemm nieħdu gost naraw proġetti ta’ din ix-xorta jitwettqu f’pajjiżna.