Il-PN Jgħid Li Gvern Nazzjonalista Jagħmel Ġustizzja Ma’ Kulħadd

 Il-PN Jgħid Li Gvern Nazzjonalista Jagħmel Ġustizzja Ma’ Kulħadd

F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill- Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament u Kelliem għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja David Agius, ilKelliem għall-Politika dwar l-Ilma u l-Enerġija u l-Iżvilupp Sostenibbli Ryan Callus u l-kandidat għall-elezzjoni ġenerali Rebekah Cilia ntqal li l-proposti tal-PN għat-traħħis fil-kontijiet, jaraw li ssir il-ġustizzja man-negozji ż-żgħar mingħajr ma jgħabbu lin-negozji l-kbar b’piżijiet ġodda.

David Agius qal li s’issa għaddew ġimgħatejn minn mindu l-Partit Nazzjonalista ħabbar li se jirranġa l-mekkaniżmu tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, fejn filwaqt li kienu ħafna li rrikorrew għand il-Partit Nazzjonalista, Robert Abela baqa’ ma jammettix l-iżball u minflok qed jipprova jnessi l-argument li n-nies qegħdin jinsterqu. Semma kif kull ma jmur qed joħroġ dejjem aktar kif il-kuntratt tal-powerstation tal-Electrogas hu kuntratt li qed iwassal biex nixtru l-enerġija bil-għoli.

Ryan Callus fakkar kif il-labour nesa’ lill-intrapriżi li jikkunsmaw madwar 85 unit kuljum sa 60,000 unit fis-sena, bħal ħanut tal-ħwejjeġ, ironmonger, uffiċċju żgħir ta’ professjonist. Illabour prova jiskredita l-proposta tal-Partit Nazzjonalista u jinsa lin-negozji liż-żgħir. Minnaħa l-oħra l-Proposta tal-PN tindirizza kontijiet ta’ familji residenzjali, domestiċi, villeġjaturi u kummerċjali b’konsum żgħir mingħajr ma ngħabbu lill-kontijiet tal-kumpaniji l-kbar. “Il-Politika tal-PN mhix one size fits all bħal dik tal-Partit Laburista”, temmet l-istqarrija filwaqt li fakkar kif Malta hi bil-ħames l-ogħla prezz tal-kontijiet kummerċjali minn fost is-27 stat membru tal-Unjoni Ewropea u meta tinkludix it-taxxa nispiċċaw qed inħallsu t-tieni l-ogħla kontijiet kummerċjali fl-Ewropa.

Il-kandidat għall-elezzjoni ġenerali Rebekah Cilia, semmiet il-fatt li Gvern Nazzjonalista se jkun qed jimmira għall-irħas sors ta’ enerġija filwaqt li jara li jkollna sorsi ta’ enerġija nadifa li jħarsu lilna u lill-ġenerazzjonijiet futuri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com