Immaġina Għandek Voucher Jissarraf Minn 700 Ħanut Differenti

 Immaġina Għandek Voucher Jissarraf Minn 700 Ħanut Differenti

Fi ftit tal-ġranet se tkun qed tintemm sena skolastika oħra u bosta ġenituri bħala mezz ta’ ringrazzjament lill-għalliema ta’ wliedhom, kull sena jagħtu rigal mill-qalb.

Żgur li l-ewwel ħaġa li tiġi f’moħħ kull persuna qabel jixtri rigal tkun, “Imma tgħid jintgħoġob dan ir-rigal?”

Ir-risposta hija waħda faċli…. Immaġina ftit li għandek voucher li tista’ ssarfu minn madwar 700 ħanut differenti f’Malta u Għawdex. Ħwienet li jvarjaw minn ħwienet tal-ħwejjeġ, ristoranti, ħwienet ta’ servizz u ħafna aktar! …u biex iżżid mal-kumdità, dawn il-vouchers jistgħu anke jinxtraw online u jintbagħtu dirett lill-għalliema jew il-ħbieb. Kull voucher huwa validu sa 18 –il xahar u sat-3 ta’ Lulju 2021 hemm għaddejja kompetizzjoni fejn wieħed jista’ jirreġistra l-vouchers fuq www.one4all.mt b’ċans li jirbaħ €150 kull ġimgħa.

One4all gift vouchers jinxtraw ukoll mill-fergħat kollha ta’ Fexserv u Maltapost kif ukoll mingħand 80 aġent awtorizzat ieħor f’diversi loklitajiet f’Malta u Għawdex.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com