Is-Solstizju Tas-Sajf Fl-Imnajdra – Meta Bin-Natura Kienu Jindunaw Li Beda Staġun Ġdid
Fl-ewwel jum ta’ kull staġun ix-xemx titla’ f’allinjament partikolari mal-binjiet preistoriċi ta’ diversi tempji megalitiċi, u għalkemm mhux magħruf fiċ-ċert jekk dawn l-orjentazzjonijiet sarux b’intenzjoni, huma tant sistematiċi li aktarx hekk hi l-probabbiltà.
Fil-komunitajiet agrikoli preistoriċi, l-osservazzjoni tal-istilel, il-qamar u x-xemx setgħet kienet relatata mat-tibdil tal-istaġuni u ż-żmien taż-żriegħ u l-ħsad.