Jeħel 22 Sena U 6 Xhur Ħabs Akkużat Bil-Qtil Ta’ George Floyd

Il-pulizija Amerikan Derek Chauvin, ingħata s-sentenza ta’ 22 sena u 6 xhur ħabs għall-qtil tal-Afro-Amerikan George Floyd f’Mineapolis lura f’Mejju tal-2020.
L-Imħallef tenna li s-sentenza ta’ Chauvin kienet ibbażata fuq abbuż tal-pożizzjoni awtorevoli u anke l-krudeltà li l-uffiċjal tal-pulizija wera.
L-avukat difensur ta’ Chauvin tenna li dan il-qtil sar f’azzjoni żbaljata bla eda fini ħażina.
Ritratt: Reuters