“Jekk Niżżewġu Mmur Ngħix In-Norveġja” – Efendi Titkellem Dwar Il-Futur Tagħha Ma’ TIX
Waqt il-ġimgħat ta’ qabel il-Eurovision ta’ din is-sena, kien hemm diversi rapporti ta’ relazzjoni bejn TIX u Efendi li huma r-rapreżentanti tan-Norveġja u l-Ażerbaijan rispettivament.
Huma kienu kkonfermaw li għandhom ġibda lejn xulxin, meta TIX bagħat il-fjuri lil Efendi u hija ddedikatlu kanzunetta. Jidher li minn dakinhar ‘l hawn din ir-relazzjoni kompliet tiżviluppa u qed issir waħda aktar serja.
Efendi tkellmet ma’ Sputnik Azerbaijan dwar il-futur tar-relazzjoni tagħha ma’ TIX. Hija qalet li evetwalment tispiċċa biex tiżewweġ lil TIX għandha l-ħsieb li tmur tgħix fin-Norveġja u qalet “fejn ikun ir-raġel tiegħi, inkun jien”.
Iż-żewġ kantanti kienu marru fuq date f’Rotterdam u issa TIX qed jippjana li jmur l-Ażerbaijan sabiex jiltaqa’ mal-familja tagħha. Huwa qal li bi preparament għal dan qed jagħmel riċerka dwar it-tradizzjonijiet u l-ikel tal-pajjiż.
“Biex inkun onesta, għall-ewwel ma kontx qed nieħu l-attenzjoni tar-rappreżentant Norveġiż Tix bis-serjetà. Ma fhimtx dak li kien qed jiġri. Mort il-Eurovision biex nirbaħ, mhux biex niltaqa’ ma’ xi ħadd.
Mort hemm bi ħsibijiet kompletament differenti, imma rċevejt rigal mid-destin. Wara t-tmiem il-Eurovision, sibt li saħansitra qabel il-bidu tal-kompetizzjoni, huwa ġibed filmati varji fin-Norveġja li kienu indirizzati lili. Ma kontx naf biha. ”
Stedintu biex jiġi f’Baku, u hu stess ried jiġi jiltaqa’ mal-ġenituri tiegħi. Ma nafx jekk hux se niżżewwġu jew le. Kollox jiddependi fuq l-offerta. Meta nfridna f’Rotterdam, huwa tagħni brazzuletta tad-deheb u qalli ‘stennini u tinsiniex’.
Nitkellmu kważi kuljum. Aħna nikkomunikaw u nappoġġjaw lil xulxin. Jekk niżżewweġ, probabbilment immur in-Norveġja. Fejn ikun r-raġel, inkun jien.”
Minkejja li bħalissa l-ivjaġġar bejn iż-żewġ pajjiżi mhux faċli minħabba l-pandemija, iż-żewġ maħbubin jidher li lesti jagħmlu dak li jistgħu sabiex jsaħħu r-relazzjoni tagħhom u jimxu għall-passi li jmiss.