Jiem Sħan Għall-Gżejjer Maltin!

 Jiem Sħan Għall-Gżejjer Maltin!

Hekk kif illum jibda s-sajf astronomiku, illum ikollna ukoll l-itwal ġurnata u l-iqsar lejl tas-sena. Ħafna huma dawk li jinsabu entużjasti sabiex jlestu l-eżamijiet tagħhom u igawdu s-sajf bil-ġmiel li joffri pajjiżna. Pajjiż imdawwar b’baħar naturali u klima li tiġbed lejha bosta barranin!

Hekk kif iktar sħana mistennija tersaq lejn gżiritna fil-jiem li ġejjin, il-ħsibijiet tagħna jkunu mal-ħaddiema li jaħdmu fuq barra u b’hekk ikunu iktar esposti għar-raġġi tax-xemx. Għaldaqstant, filwaqt li nifhmu li x-xemx kapaċi tkun kifra għal min jaħdem fuq barra, nirringrazzjaw lil dawn il-ħaddiema tal-ħidma tagħhom f’kull mument. 

F’dan iż-żmien jeħtieġ ukoll niftakru fl-importanza li nipproteġu ruħħna mir-raġġi tax-xemx, għalhekk għandna nużaw l-krema kontra r-raġġi tax-xemx u nilbsu nuċċalijiet tax-xemx u brieret. Niftakru li meta nipproteġu lilna nfusna mir-raġġi tax-xemx inkunu ukoll qegħdin nipproteġu lilna nfusna mil-kanċer tal-ġilda.

Ritratt: DOI – Jason Borg

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com