Jindarab Gravi Wara Li Ntlaqat Minn Karozza Tal-Linja Fil-Marsa

 Jindarab Gravi Wara Li Ntlaqat Minn Karozza Tal-Linja Fil-Marsa

Incident li seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9:15 fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa, ħalla raġel ta’ 27 sena mill-Belt, midrub gravi.

Huwa ntlaqat minn karozza tal-linja li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 48 sena mill-Ħamrun.

Ir-raġel ittieħed l-isptar għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. L investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com