Jitressaq Il-Qorti Wara Li F’Lejl Kiser Il-Paċi Pubblika F’Marsalforn
Illum, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Dr Bridgette Sultana, Somalu ta’ 25 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex.
Hu ġie akkużat li kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-kwarta, waqt li kien f’Marsalforn, limiti taż-Żebbuġ Għawdex, ikkawża ġrieħi gravi fuq persuna oħra, li kiser il-mistrieħ tan-nies b’għajjat u storbju, u li għamel reat waqt perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.