‘Kontroll’ – Il-Lapes Jirritorna B’Diska Għas-sajf

 ‘Kontroll’ – Il-Lapes Jirritorna B’Diska Għas-sajf

‘Kontroll’, hekk jisimha d-diska ġdida li nieda Il-Lapes propju llum f’nofs il-ġurnata.

Il-Lapes irritorna b’diska sajfija bi stil ftit differenti milli normalment nisimgħu min għandu. Qalilna bi tbissima li “f’din is-sħana naħseb għandha tkun xi ħaġa li tinżel għasel f’dawn iż-żmienijiet. Qumu iżfnu u ddevertu.”

Din hija produzzjoni kollha kemm hi lokali bil-lirika tal-Lapes stess u produzzjoni ta’ Graham “Il-Mac” Coleiro u Myles Azzopardi.

Il-Lapes flimkien mat-tim tiegħu irringrazzjaw lil kull min għen biex ittellgħet din il-produzzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com