L-Attur Ryan Reynolds Jitkellem Dwar L-Anzjetà Li Jgħaddi Minnha

Ryan Reynolds jitkellem dwar is-saħħa mentali u l-anzjetà li jgħaddi minnha. Dan wara li t-tlett ibniet tiegħu ħeġġuh sabiex jitkellem b’mod pubbliku dwar dan. L-attur jitkellem dwar dak li jgħaddi minnu, bl-għan li titnaqqas l-istigma fuq is-saħħa mentali. Jgħid illi sabiex dan isir l-ewwel trid tinbeda konversazzjoni fuq dan is-suġġett. Jistqarr kif meta ħassu li mies il-qiegħ ħafna mid-drabi kien għaliex ħass li kien waħdu f’dan li kien qiegħed iħoss. Għaldaqstant, jemmen li huwa importanti li nitkellmu fuq is-saħħa mentali għaliex tkun qiegħed tgħin lil ħaddieħor.
Reynolds jispjega kif illum jaf li m’huwiex waħdu u jappella lil dawk li bħalu jinkwetaw u jaħsbu żżejjed sabiex ukoll jiftakru li m’humiex weħidhom. L-attur popolari jgħid kif minkejja li ma nitkellmux biżżejjed fuq dan is-suġġett jittama li l-messaġġ tiegħu jasal.
Ritratt: Sky News