L-Eks Ministru Manuel Mallia Mistenni Jkun Innominat Kummissajru Għoli Għar-Renju Unit – Min Se Jieħu Postu Fil-Parlament?
L-eks Ministru Manuel Mallia huwa mistenni li jiġi nnominat bħala l-Kummissarju Għoli Għall-Ingilterra li jmiss. Din in-nominazzjoni trid tiġi approvata mill-kumitat Parlamentari għall-ingaġġ pubbliku.
Dan hekk kif it-terminu tal-Kummissarju Għoli attwali; Joseph Cole wasal fi tmiemu.
Jekk in-nomina timxi ‘ l quddiem u tkun approvata, ikun ifisser li post Manuel Mallia jsir vakanti u jrid jimtela permezz ta’ ‘co-option.’
Din tkun tfisser ukoll ir-raba’ bidla fuq in-naħa tal-Gvern fil-parlament permezz ta’ ‘co-option’ hekk kif Miriam Dalli, Clyde Caruana u Oliver Scicluna, ilkoll sabu posthom fil-parlament permezz ta’ din il-possibbilità.
Il-mistoqsija fost ħafna hija: Min ser ikun ‘co-opted’ minflok Manuel Mallia? Bosta bdew juru l-ħsieb u l-opinjoni tagħhom fejn issemma ħafna l-Kirurgu Jo Etienne Abela.
Jo Etienne Abela jidher li huwa wieħed mill-kandidati favoriti ta’ Robert Abela u li se jikkontesta fuq l-10 u t-13-il distrett fl-elezzjoni li jmiss. Malli ħabbar il-kandidatura tiegħu, Jo Etienne Abela deher diġà li huwa popolari ħafna mal-pubbliku.