“L-Imħabba Qatt Mhi Żbaljata” – Maneskin Jtemmu Kunċert Fil-Polonja B’Bewsa

 “L-Imħabba Qatt Mhi Żbaljata” – Maneskin Jtemmu Kunċert Fil-Polonja B’Bewsa

Damiano David u Thomas Raggi mill-grupp Maneskin, temmew il-wirja spettakolari tagħhom tal-kanzunetta ‘I wanna be your slave’ permezz ta’ bewsa waqt il-festival Polsat SuperHit fil-Polonja.

Dan kien messaġġ qawwi favur il-komunità LGBTIQ anke b’turija ta’ solidarjetà għal diskriminazzjoni li ssir fil-pajjiż Pollakk.

L-udjenza nfexxet f’applawż kbir. Damiano qal li “Aħna naħsbu li kulħadd għandu dritt li jħobb mingħajr biża’ u jkun liberu jesprimi ruħu kif jixtieq. Grazzi Polonja. L-Imħabba qatt mhi ħażina jew żbaljata”.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com