L-Ewwel Titjira Ta’ Drone Li Jagħmel Deliveries

Illum sar l-ittestjar ta’ drone li jagħmel id-deliveries. Il-Ministru Ian Borg saħaq li llum ingħaqad ma’ Transport Malta u 3 kumpaniji lokali u internazzjonali biex jippruvawh.
Intqal li dan id-drone jista’ jintuża biex iwassal provvisti ta’ mediċina jew first aid f’emerġenza, sa anke trasport ta’ dokumenti.
Dan is-servizz se jiffranka ħafna ħin fejn il-veloċità tagħhom tlaħħaq mat-80 kilometru fis-siegħa.