Unur Għal Malta Jasal Infantino.. Aktar Tard Jinawgura L-Mużew Tal-Futbol.. Minn Malta Jitlaq Baku Għal Euro 2020

 Unur Għal Malta Jasal Infantino.. Aktar Tard Jinawgura L-Mużew Tal-Futbol.. Minn Malta Jitlaq Baku Għal Euro 2020

Ġurnata twila iżda mportanti għal Futbol Malti bi żjara ta’ jum f’pajjiżna għall-President tal-FIFA Gianni Infantino.

Kollox beda dalgħodu fil-premises ta’ Valletta Football Club b’attivita fejn Infantino kien milqugħ mill-President tal-Malta FA Bjorn Vassallo u l-President ġdid ta’ Valletta Football Alexander Fenech.

Wara huwa ħa sehem f’attivita ta’ qari u kitba ma’ studenti mill-programm bil-Qari u l-Kitba Niskorja, hawnhekk il-President tal-FIFA niżel mat-tfal fejn għal xi ħin beda jaqralhom ktieb u jispjegalhom l-importanza tal-logħba tal-ballun, iżda anke l-irwol tal-qari u kemm huwa mportanti fl-edukazzjoni u l-iżvilupp tagħhom.

Infantino anke ħa sehem f’logħba futbol bejn il-ħbieb li fiha lagħbu ukoll l-ogħla uffiċjali tal-Malta FA, inkluż il-President Bjorn Vassallo, l-Viċi Presidenti Matthew Paris, Ludovico Micallef u Adrian Casha, dan tal-aħħar libes lura l-kit ta’ referee wara li sa ħdax-il sena ilu kien jikkontrolla partiti fl-ogħla livell tal-Futbol Malti anke referee fix-xena nternazzjonali.

Għal din il-partita ħadu sehem ukoll plejers attwali u tal-passat li libsu l-flokk Nazzjonali fosthom Andrei Agius, captain preżenti u riċentament kontra l-Kosovo fi Klagenfurt lagħab il-100 partita tiegħu bil-flokk Nazzjonali.

Ħadu sehem ukoll Andrew Cohen, Roderick Briffa, Noel Turner, Gareth Sciberras, Kurt Formosa, Ivan Woods, Gilbert Agius, Silvio Vella, Carmel Busuttil, Saviour Darmanin u Sean Sullivan, flimkien ma’ tnejn mill-istillel tal-futbol tan-Nisa f’Malta fil-preżent, Dorianne Theuma u Rachel Cuschieri.

Preżenti għall-attivita ta’ filgħodu fil-Belt Valletta anke esponenti tal-gvern, bil-ministru Justyne Caruana u s-Segretarju Parlamentai Clifton Grima jipparteċipaw.

Aktar tard Gianni Infantino jiltaqa’ ukoll mal-Prim Ministru Robert Abela f’Kastilja, żjara fil-Bezzina Stadium fejn hemmhekk jiltaqa’ mal-ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, jindirizza konferenza tal-aħbarijiet, qabel il-mument l-aktar mistenni min din iż-żjara meta fis-6.30pm jinagwura l-Malta Museum of Football fil-Millenium Stand tal-Istadium Nazzjonali.

Infantino jħalli Malta tard il-ġimgħa jibqa’ sejjer dritt Baku, l-Ażerbajġan fejn hemmhekk il-Ħadd jassisiti għall-partita minn Euro 2020 bejn l-Iżvizzera u t-Turkija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com