L-ewwel ta’ Mejju; iċċelebrata fl-isfera internazzjonali … Jum il-Ħaddiem

 L-ewwel ta’ Mejju; iċċelebrata fl-isfera internazzjonali … Jum il-Ħaddiem

L-ewwel ta’ Mejju tfakkar il-ħaddiema kollha tant li tissejjaħ Jum il-Ħaddiem. Din tfakkar l-isfidi u r-rebħiet li għamlu l-ħaddiema tul iż-żmien. Hija ċċelebrata f’ħafna pajjiżi fid-dinja kollha.

Irridu niftakru, li kien hawn żminijiet fid-dinja, fejn ix-xogħol kien isir minn tortura fuq in-nies, nuqqas ta’ rispett, bla dinjità, u impożizzjoni ta’ ħidma iebsa biex dak li jkun jaqla’ l-għixien għall-familja tiegħu.

lura fl-1889, il-Kungress Marksista, Internazzjonali u Soċjalista ltaqa’ f’Pariġi biex jitabilixxi t-tieni assoċjazzjoni internazzjonali tal-ħaddiema. Adottaw riżoluzzjoni għal dimostrazzjoni internazzjonali b’turija ta’ sapport lill-klassi tal-ħaddiema.

Intagħżel l-ewwel ta’ Mejju u baqgħet issir hekk sal-lum fosthom f’pajjiżna. L-ewwel darba li ntagħżel dan il-jum, dan sar mill-American Federation of Labor biex jikkomemoraw strajk ġenerali fl-Istati Uniti, li kien beda fl-1 ta’ Mejju tal-1886 u baqa’ sejjer sa erbat ijiem wara.

Insellmu lill-ħaddiema kollha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com