Mara Ta’ 106 Sena Li Ma Tridx Tisma Bil-Kelma “Xiħa” Jew “Età”

 Mara Ta’ 106 Sena Li Ma Tridx Tisma Bil-Kelma “Xiħa” Jew “Età”

Eileen Kramer, mara awstraljana ta’ 106 sena hija xempju tal-attiviżmu, hekk kif għadha tikteb u tippubblika l-kotba u tieħu sehem f’kompetizzjonijiet prestiġjużi tat-tpinġija. 

Kramer għamlet żmien tgħix barra minn pajjiżha, iżda ta’ 99 sena rritornat lura f’Sydney. Minn dakinhar b’kollaborazzjoni ma’ diversi artisti bdiet tagħmel diversi vidjows sabiex turi it-talent u l-passjoni tagħha taz-zfin. 

Kramer għandha tisfen b’movimenti grazjużi u fl-aħħar snin għamlet ukoll karografiji. Jidher li Kramer hija ferm attiva u tieħu sehem f’diversi wirjiet, festivals u saħansitra ħadet sehem ġo film!

Jidher li Kramer tagħmilha ċara li neħħiet l-kliem “xiħa” u “età” mill-vokabularju tagħha. Temmen li m’hix xiħa imma għandha l-esperjenza biżżejjed sabiex tgħallmet affarijiet mhux ħażin fuq din l-art. Għad għandha l-ħeġġa li toħloq affarijiet ġodda daqs meta kienet għadha tifla!

Ritratt: Dance Informa Magazine

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com