Meta L-Perit Mintoff Iddiskuta L-Mediterran Quddiem Il-Kapijiet Tal-Gvern F’Londra

 Meta L-Perit Mintoff Iddiskuta L-Mediterran Quddiem Il-Kapijiet Tal-Gvern F’Londra

Kien bħal-lum 15 ta’ Ġunju tal-1977 meta l-Prim Ministru Dom Mintoff indirizza l-laqgħa tal-Kapijiet ta’ Gvern tal-Commonwealth f’Londra.

Kien tkellem dwar l-importanza tal-koperazzjoni fil-Mediterran u li dan il-baħar kellu bżonn jikseb iżjed l-identità tiegħu. Il-Perit Mintoff tkellem ukoll dwar il-fatt li dan il-prinċipju kien aċċettat anke fil-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fil-Mediterran f’Helsinki.

Il-Prim Ministru Malti iddiskuta wkoll tentattivi li kienet qed tagħmel Malta biex tikseb garanziji għam-newtralità tagħha mingħand l-Italja, il-Libja, Franza u l-Alġerija.

Minn Stradarjali.com, infakkru l-istorja biex ma tinteshiex.

Ritratt: Getty Images

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com