Nuqqas Kbir Ta’ Ikel Fil-Korea Ta’ Fuq; Rapporti Li L-Mexxej Kim Jong-un Tilef Mal-20 Kilo

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un stqarr li pajjiżu bħalissa qed jaffaċja nuqqas kbir ta’ ikel.
F’indirizz li kien qed jagħmel, Kim Jong-un qal li s-sitwazzjoni tal-ikel issa laħqet livell ta’ tensjoni kbira fil-pajjiż.
Saħaq li dan kollu seta’ ġara wara għarar qawwi li seħħ is-sena l-oħra u li kawża tiegħu falla s-settur tal-agrikultura fil-Korea ta’ Fuq.
Rapporti qed jgħidu kif il-prezzijiet tal-ikel għolew ħafna, fejn qed jingħad kif kilo banana jiswa madwar sebgħa u tletin ewro.
Il-Korea ta’ Fuq għalqet il-fruntieri tagħha minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
rapporti oħra qalu li l-mexxej tal-Korea Ta’ Fuq saħansitra tilef mal-20 kilo u r-raġuni tan-nuqqas ta’ ikel tista’ tkun waħda mir-raġunijiet.