Partita Tal-Futball Li Tista’ Twassal Għal Divorzju!
Ritratt li deher fuq il-midja soċjali ġiebed l-attenzjoni ta’ bosta! Koppja dehru qegħdin isegwu flimkien l-partita tal-futball bejn l-Ingilterra u l-Ġermanja tal-UEFA EURO 2020, ġewwa l-grawd tal-futball ta’ Wembley. Jidher li l-mara kienet qiegħda żżomm mat-tim tal-Ġermanja, filwaqt li r-raġel kien qiegħed jissaportja t-tim Ingliż. Għaldaqstant, fuq nota sarkastika l-koppja jgħidu li l-logħba tista’ twassal sabiex itemmu r-relazzjoni tagħhom u jiddivorzjaw!
Minjaf jekk ir-rebħa tat-tim Ingliż fuq it-tim Ġermaniż, rebħa ta’ 2-0, qajmitx argument bejn il-koppja!