Pazjenti Mill-Isptar Monte Carmeli Rilokati Għal Residenza Ġdida ‘State Of The Art’

 Pazjenti Mill-Isptar Monte Carmeli Rilokati Għal Residenza Ġdida ‘State Of The Art’

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li bħala parti mill-istrateġija nazzjonali għas-saħħa mentali 2020-30, f’dawn l-aħħar 10 t’ijiem għadha kif saret rilokazzjoni ta’ 28 pazjent mill-Isptar Monte Carmeli għal residenza ġdida.

Din ir-residenza; Casal Nuovo f’Raħal Ġdid hija faċilità ‘state of the art’ b’faċilità ta’ 50 sodda.

Din il-faċilità se tkun inawgurata uffiċjalment għada l-ħamis 10 ta’ Ġunju 2021.

Il-Prim Ministru Robert Abela ukoll tkellem dwar l-importanza tas-saħħa mentali fil-konferenza ta’ nhar il-Ġimgħa L-Istat tan-Nazzjon fejn saħaq li rridu nagħmlu qabża kbira ‘il quddiem. Semma kif il-pandemija żiedet id-domanda għall-kura tas-saħħa mentali u din hija importanti għal kulħadd.

“Qegħdin u se nkomplu nagħmlu emfasi ikbar fuq is-saħħa mentali, saħaq il-Prim Ministru Robert Abela.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com