Pjazza Ġdida F’ Ħad-Dingli – Aktar Tisbieħ Fl-Irħula Maltin
Il-Ministru tal-Infrastruttura u Proġetti kapitali Ian Borg, tella’ ritratt tax-xogħol fuq il-pjazza li qed issir quddiem is-sede tal-każin tal-banda ta’ Santa Marija.
“Dawn ix-xogħlijiet jikkumplimentaw dak li diġà għamilna fix-xhur li għaddew quddiem il-knisja, il-każini politiċi, tal-futbol u t-toroq dojoq fiċ-ċentru tar-raħal”, tenna l-Ministru Borg.
Dan ix-xogħol qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ ħad-Dingli u Infrastructure Malta.
Nieħdu gost naraw aktar pjazez sbieħ bħal dawn. Prosit!