Qabda Tad-Droga F’Malta Tpoġġi Lil Pajjiżna Mal-Aqwa 10 Qabdiet F’Ajruporti Ewropej

 Qabda Tad-Droga F’Malta Tpoġġi Lil Pajjiżna Mal-Aqwa 10 Qabdiet F’Ajruporti Ewropej

Waħda mill-qabdiet tad-droga f’pajjiżna, poġġiet lil Malta mal-aqwa 10 qabdiet li saru f’ajruporti Ewropej. Dan ħareġ minn rapport li sar minn The World Customs Organization (WCO) Regional Intelligence Liaison Office.

Il-qabda msemmija tmur lura għat-13 ta’ Settembru tas-sena 2020 meta qam suspett minn irregolarità waqt scan ta’ bagalja ta’ passiġġier li wasal Malta mill-ajruport ta’ Madrid.

Il-bagalja kienet żvojtatha u eżaminata bir-reqqa fejn instab qiegħ falz li fih kien hemm 3 pakketti ta’ kokaina imkebbin fil-fidda u li kienu jiżnu 9.58 kilo.

L-aktar pajjiżi komuni li minnhom kienet se titlaq id-droga iżda l-pjan kien imħarbat, kienu l-Olanda, il-Brażil, is-Suriname, Spanja u l-Irlanda.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com