Raġel Ta’ 26 Sena Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Kien Involut F’Inċident Tat-Traffiku
Raġel ta’ 26 sena li jgħix Raħal Ġdid jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq tal-Barrani, ż-Żejtun.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel ta’ 26 sena li jgħix Raħal Ġdid tilef il-kontroll tal-karozza Daihatsu Coure bil-konsegwenza li nqaleb u ħabat m’ambulanza privata li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni opposta minn raġel ta’ 28 sena li jgħix Ħaż-Żabbar.
Ir-raġel ta’ 26 sena ngħata l-għajnuna mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jinħareġ mill-vettura u minn tim mediku. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseanne Farrugia LL.D li ħatret inkjesta filwaqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.