Residenti Li Rmew Skart Bi Traskuraġni Se Jirċievu Multa Ta’ €150
Fuq il-paġna ta’ GreenPak COOP intqal li din il-ġimgħa ingħataw aktar minn 15-il multa ta’ €150 l-waħda. Dawn ingħataw lil nies li nqabdu fuq cctv jarmu skart bi traskurġani madwar is-siti tal-iBiN fil-lokalitajiet ta’ San Ġwann, il-Kalkara, Paola, in-Naxxar, Ta’ Xbiex u ż-Żurrieq.
Dawn iċ-ċitazzjonijiet inħarġu mil-LESA.
Kultant hekk jitgħallem il-pubbliku! Inti tħammeġ, inti tħallas!
Żur is-sit tagħna https://ibins.greenpak.com.mt u tista ‘ssib l-eqreb l-iBiN vicin tiegħek!
Ritratt: GreenPak COOP