“Se Niggwadanja 10 Sigħat Mit-Traġit” – Għawdxi Jfaħħar is-Servizz Tal-Fast Ferry

“Fl-aħħar waslet il-ġurnata”. Hekk kiteb James Borg, Għawdxi li tela’ għall-ewwel darba fuq vjaġġ bejn il-Belt Valletta u Għawdex, abbord il-Virtu ferries.
Tenna li forsi għal ħafna ma jfisser xejn imma għalih u għall-Għawdxin tfisser ħafna.
Tfisser li prattikament ser ikun qed jiffranka 10 sigħat li qabel kien iterraqhom fi triqtu lejn Għawdex u ta’ dan, saħaq li jinsab grat.
Intom ħa tippruvawh jew pruvajtuh diġà?