Sewwieq ta’ mutur ġarrab ġrieħi gravi f’inċident f’Ħal Luqa. L-inċident seħħ ilbieraħ fi Triq San Tumas għall-ħabta tas-6.45pm.
Ir-raġel ta’ 40 sena minn Birżebbuġa tilef il-kontroll tal-mutur, laqat il-bankina u waqa’.
Fl-Isptar Mater Dei rriżulta li għandu ġrieħi gravi.