Stuntman Imut Waqt Prattika Sabiex Jikser Il-Guinness World Record

 Stuntman Imut Waqt Prattika Sabiex Jikser Il-Guinness World Record

Alex Harvill, stuntman ta’ 28 sena, jitlef ħajtu wara li weġgħa bil-mutur waqt li kienet qiegħed jipprattika sabiex jipprova jikser il-Guinness World Record. Jidher li l-inċident traġiku sar ilbieraħ, hekk kif Harvill kien qiegħed jagħmel qabża bil-mutur bħala prattika f’Grant Country International Airport, qabel il-qabża li tant kien ilu jaspira għaliha u ttieħed l-isptar. Harvill, li kellu t-titlu tal-itwal qabża ta’ 297 feet, xtaq li jikser ir-rekord tiegħu stess billi jaqbeż qabza ta’ 351 feet. 

Fit-18 ta’ Mejju Harvill kellu t-tieni tarbija tiegħu u qasam fuq il-midja soċjali l-imħabba lejn martu, lejn uliedu u l-muturi.

Ritratt: Marvin Gentry/USA Today

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com