Tereshkova, L-Ewwel Mara Li Telgħat Fl-Ispazju 58 Sena Ilu
![Tereshkova, L-Ewwel Mara Li Telgħat Fl-Ispazju 58 Sena Ilu](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/06/85597379_c0110260-cosmonaut_valentina_tereshkova-spl-850x560.jpg)
Valentina Tereshkova tkun l-ewwel mara li propju bħal lum 58 sena, irnexxilha titla’ fl-ispazju abbord Vostok 6. Jidher li hija għadha l-unika mara fl-istorja li marret fl-ispazju weħidha. Tereshkova li hija Russa, daret mad-dinja 48 darba fit-tlett ijiem. B’hekk damet iktar ħin milli kienu għamlu l-astronawti Amerikani kollha f’daqqa sa’ dik il-ġurnata li hija kitbet l-istorja. Tereshkova kienet ngħatat diversi premjijiet fosthom Order of Lenin, The Gold Star Medal, u t-titlu ta’ Hero of the Soviet Union. Tereshkova kellha ukoll karira politika u hija inġiniera. Tereshkova, li llum għandha 84 sena għadha tippromwovi l-edukazzjoni spazjali.
Ritratt: Jeff Overs/BBC
Ritratt Prinċipali: Ria Novosti/Science Photo Library