Titwaqqaf L-AstraZeneca Fl-Italja Għal Dawk Inqas Minn 60 Sena
Il-Gvern Taljan iwaqqaf l-għoti tal-vaċċin tal-COVID-19, l-AstraZeneca għal dawk li għandhom inqas minn 60 sena.
Dan wara li tfajla ta’ 18-il sena, Camilla Canepa, minn Sestri Levante, tilfet ħajjitha nhar il-Ħamis li għadda. Canepa kienet ddaħlet l-isptar San Martino f’Genoa fejn kienet ukoll operata, minħabba ‘cavernous sinus thrombosis’. Canepa kienet ingħatat il-vaċċin fil-25 ta’ Mejju.
Fl-Italja, il-vaċċin tal-AstraZeneca ser jibda’ jingħata biss li dawk l-individwi li għandhom ’il fuq minn 60 sena.
Dawk il-persuni li diġà ngħataw l-ewwel doża tat-tilqima tal-AstraZeneca, issa se jkun qegħdin jirċievu vaċċin differenti bħala t-tieni doża.
Ritratt: Italy 24 News
Ritratt Prinċipali: BBC