Żwiemel – Finali Kampjonat Executive Security

 Żwiemel – Finali Kampjonat Executive Security

Nhar id-29 ta’ Ġunju ssir il-Finali tat-tieni edizzjoni tal-Kampjonat Executive Security riservat għall-klassi Silver.

It-tnax il-finalist kellhom triq twila biex waslu s’hawn peress li dovut għan-numru kbir ta’ żwiemel li jiġru f’din il-kategorija dan huwa l-itwal kampjonat. 89 żiemel inizjalment ikkompetew fi ħdax-il heat nhar it-22 u 23 ta’ Mejju li minnhom ikkwalifikaw 44 żiemel għall-kwarti tal-finali li saru nhar is-6 ta’ Ġunju.

Żewġ semi finali nġrew nhar it-18 ta’ Ġunju sabiex saru magħrufa t-tnax li tagħhom illum ttellgħu n-numri tat-tluq wara l-karozza.

Jassistu għal dan it-tlugħ kien hemm is-sidien taż-żwiemel finalisti li ġew ukoll indirizzati mill-viċi Chairman tal-Malta Racing Club u EquestriMalta Edwin Borg kif ukoll id-Direttur tal-Kumpanija Executive Security Stephen Ciangura.

Apparti t-trofew u għata kommemorattiva lis-sid taż-żiemel rebbieħ, kif ukoll trofej lil dawk li jispiċċaw fit-tieni, t-tielet u r-raba’ post, kull żiemel finalist se jkollu numru tat-tluq personalizzat sabiex jinżamm bħala tifkira.

It-tiġrija se tkun is-seba’ waħda tal-programm fid-9:15 ta’ filgħaxija.

Il-poloz telgħu hekk:

1. CATHY DE LA ROUVRE

2. VIKING DU SARTHON

3. KEEP ME TOOMA

4. PRINSEN ONE

5. ALFRED MAZA

6. BOSS DU MARNY

7. BALTRA SPIDER

8. NEW MOON PELLINI

9. BILTON

10.COLORADO TELBE

11.BOMBAY SAPHIR

12.APACHE REYOR

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com