Aġġornata: Jekk Sejjer Sqallija Għandek Bżonn Test Negattiv

 Aġġornata: Jekk Sejjer Sqallija Għandek Bżonn Test Negattiv

Wara diversi tibdil fl-informazzjoni li ħarġet u f’dak li ntqal kemm mill-ambaxxata Taljana kif ukoll minn ġurnali Taljani u mill-President tar-Reġjun tas-Sqallija jidher li fl-aħħar ittieħdet deċiżjoni.

Il-Kumpanija Virtu Ferries ikkonfermat li ġiet infurmata mill-awtoritajiet Sqallin li mis-17 ta’ Lulju, illum l-passiġġieri kollha li se jivvjaġġaw għal Sqallija minn Malta jridu juru test negattiv tal-Covid-19 li jkun sar sa 48 siegħa qabel.

Virtu Ferries qalet li test rapidu huwa tajjeb aċċettat ukoll. Dawk li mhux ħa jkollhom test negattiv f’idejhom kif jaslu Sqallija ħa jintalbu jagħmlu test malli jaslu Sqallija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com