Alfred Sant Juri D-Diżappunt Tiegħu Għall-Mod Kif Qed Isir Ix-Xogħol Fir-Rigward Tal-Wied F’B’Kara

 Alfred Sant Juri D-Diżappunt Tiegħu Għall-Mod Kif Qed Isir Ix-Xogħol Fir-Rigward Tal-Wied F’B’Kara

“L-Affarijiet ma jsirux hekk”, kiteb Dr. Sant fuq il-midja soċjali tiegħu fejn tkellem dwar ix-xogħol li ilu xhur għaddej. Qal li ilhom ix-xhur sħaħ jgħaddu l-pajpijiet u jiggoffaw it-traffiku.

“Insib il-post bla ilma… f’dis-sħana tremenda li qed tagħmel. Inċempel il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma, li ma jafu xejn bil-problema. Imma għandhom servizz eċċellenti”, tenna Dr. Sant.
Qal li saru jafu li fix-xogħlijiet għaddejja lbieraħ filgħodu fil-wied ta’ B’Kara, tal-kuntrattur kienu laqtu u fetħu mejn tal-ilma u qatgħu l-ilma u lil tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma baqa’ ħadd ma qalilhom b’xejn!
“F’xi ħin jew ieħor issa, tard waranofsinhar jew illejla jew għada filgħodu, il-wegħda hi li l-ilma jiġi lura.
Inkredibbli!!! L-affarijiet ma jsirux hekk.”

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com