Anzjan Weġġa’ Serjament F’Inċident Bil-Mutur F’Ħal Luqa
Raġel ta’ 67 sena mis-Siġġiewi, illum għal ħabta tal-4:30pm, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fi Triq Ħal Farruġ, Ħal Luqa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel tilef il-kontrol tal-mutur Malaguti Ciak u waqa’.
Tim mediku mar fuq il-post ta’ l-inċident sabiex jassisti lis-sewwieq u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Natasha Galea Sciberras L.L.D. li ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.