Il-Banda San Mikiel B’Maratona Suċċess B’Riżq il-Festa Tal-Madonna Tal-Grazzja

 Il-Banda San Mikiel B’Maratona Suċċess B’Riżq il-Festa Tal-Madonna Tal-Grazzja

L-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar AD 1883 dalgħodu għamlet maratona b’riżq il-festa ad unur il-Madonna tal-Grazzja.

Bl-isem ta’ Id f’Id – Maratona Ġbir ta’ Fond, fi ftit ħin inġabret is-somma sabiħa ta’ €10,075 waqt xandira live imtella’ mis-Soċjetà stess.

Maratona bħal din tħeġġeġ lid-dilettanti tal-festi u l-membri ta’ għaqdiet oħra madwar Malta u Għawdex biex jagħmlu kuraġġ, fejn waqt il-pandemija tal-Covid-19 qed jinħass sew iċ-ċelebrazzjoni tal-festa Maltija li hija parti integrali mill-kultura u l-identità Maltija.

Awguri lil din is-soċjeta u l-membri tagħha kif ukoll insellmu liż-Żabbarin kollha u lil dawk li għandhom għal qalbhom is-soċjetajiet mużikali u l-festi Maltin, kif ukoll dak kollu relatat magħhom.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com