Arrestat F’Ajruport Ta’ Malta B’Bagalja Mimlija Ħaxixa

 Arrestat F’Ajruport Ta’ Malta B’Bagalja Mimlija Ħaxixa

Passiġġier li kien ġej fuq titjira minn Madrid fi Spanja ġie arrestat fl-ajruport ta’ Malta wara li nqabad b’1.2 kilogrammi ta’ Kannabis.

Waqt tfittxijiet ta’ rutina mill-uffiċjali tad-Dwana, bagalja ġiet immarkata bħala suspettuża wara li għaddiet mill-magna tal-X-Ray. Wara li infetħet din il-bagalja u ġiet spezzjonata, instabet borża tal-plastik li fiha kien hemm 1.2 kilogrammi ta’ kannabis flimkien ma’ 100 gramma ta’ sustanza kannella li għad trid tiġi identifikata. Il-bagalji kienu jappartjenu lil passiġġier Spanjol li sostna li qiegħed hawn fuq btala.

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija arrestaw lil passiġġier u ħadu l-każ għal aktar investigazzjonijiet sabiex jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Din kienet it-tielet qabda ta’ droga f’tlett ġimgħat mill-uffiċjali tad-Dwana wara t-3 kilogrammi li wkoll ġew fuq titjira minn Spanja u l-113-il kilogramm khat li kienet ġejja minn Iżrael.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com