Attrazzjoni Ġdida F’Qiegħ Il-Baħar

Nhar is-Sibt li ġej f’qiegħ il-baħar madwar il-kosta Maltija ħa tkun qed tiżdied attrazzjoni oħra għall-bugħaddasa.
Lanċa antika tal-Forzi Armati l-P33 ħa tkun qed titniżżel f’qiegħ il-baħar viċin il-Ponta taż-Żonqor fejn diġà hemm xi vapuri oħra ta’ attrazzjoni.
Dan tħabbar fuq il-mezzi soċjali mill-PDSA fejn qalu li dan il-proġett kien ilu għal numru ta’ snin maħsub biex jitwettaq u jinsabu kuntenti ħafna li fl-aħħar din il-lanċa ħa tkun qeda ssib postha ukoll.
L-PDSA irringrazzjat lill-MTA tal-għajnuna u kooperazzjoni li sabu mingħandhom.