Bil-Filmat: Għamel 21 Sena Fil-Ħabs Għal Xejn

 Bil-Filmat: Għamel 21 Sena Fil-Ħabs Għal Xejn

Manuel Valdovinos huwa għalliem li għamel 21 sena fil-ħabs tal-Messiku għal qtil li qatt ma seħħ. Dan wara li l-allegat vittma nstab ħaj ġewwa l-Istati Uniti.

Manuel qal li s’issa għadu ma rċieva l-ebda apoloġija mill-awtoritajiet Messikani għal dan in-nuqqas ta’ ġustizzja li sofra.

Fis-sena 2000 Manuel Valdovinos kien arrestat fuq qtil ta’ Manuel Martinez Elizalde. Manual dejjem qal li huwa innoċenti u saħaq li kien jiġi ttorturat mill-pulizija biex jammetti l-ħtija.

Finalment huwa kien weħel 41 sena ħabs ta’ reat li qatt ma għamel.

Matul is-snin kien hemm diversi tentattivi sabiex il-każ ikun jista’ jerġa’ jinfetaħ però dawn kollha fallew kaġun tal-korruzzjoni kbira li hemm fil-qrati Messikani.

Manuel qal li fis-snin li għamel fil-ħabs iltaqa’ ma ħafna priġunieri li spiċċaw b’sentenza ta’ ħabs mingħajr qatt ma kellhom għajnuna legali fil-qorti.

Manuel qal li ħa jkun qed joħloq kuxjenza u pressjoni fuq il-gvern Messikan sabiex dawn l-inġustizzji u torturi li qed isofri minnhom il-poplu li m’għandux vuċi jispiċċaw.

Ara l-mument meta ħareġ mill-ħabs:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com