Bil-Filmat: Inċident Ikrah F’Capri Jħalli Vittma Ta’ 33 Sena

 Bil-Filmat: Inċident Ikrah F’Capri Jħalli Vittma Ta’ 33 Sena

Dalgħodu għall-ħabta tal-11:30am seħħ inċident ikrah li sewa l-ħajja ta’ Emanuele Melillo ta’ 33 sena minn Napli.

L-inċident seħħ fil-gżira ta’ Capri fl-Italja, fejn minn rapporti fuq il-midja Taljana Emanuele li kien ix-xufier ta’ minibus tilef il-kontroll tal-vettura kawża ta’ attakk tal-qalb u waqa’ bil-minibus li kienet qed iġorr 28 passiġġier għoli ta’ madwar żewġ sulari.

Emmanuele ġie ċertifikat mejjet fuq il-post filwaqt li l-passiġġiera li kienu kollha turisti ittieħdu l-isptar Capilupi ta’ Capri minħabba il-feriti li sofrew.

Tnejn mill-passiġġiera jinsabu fil-periklu tal-mewt fosthom tifel.

Emanuele Melillo l-vittma f’dan l-inċident sfortunat kien qed jistenna tarbija flimkien mat-tfajla tiegħu Rosaria.

Ara l-filmati ftit mumenti wara li seħħ l-inċident:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com